Sħab jew msaħħab Clouds or cloudy
Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.
There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.
Is-sinjal għal SĦAB jew MSAĦĦAB jsir b’id waħda miftuħa bis-swaba’ mifrudin u miftuħin b’mod laxk ffit ikkurvati. Il-pala tħares ’il barra. L-id timxi minn quddiem il-wiċċ f’linja kkurvata ’l fuq u ’l isfel xi darbtejn lejn il-ġenb. L-għajnejn jinfetħu beraħ.
The sign for CLOUDS or CLOUDY is made with one hand open loosely with fingers apart and open loosely a little curved. The palm faces outwards. The hand moves from in front of the face in a curved line upwards and downwards a few times towards the side. The eyes open widely.